26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/35
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-688/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Obbligu li tiġi rkuprata għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Tqegħid fi stralċ tal-imsemmija kumpannija - Kostituzzjoni ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bil-għan li teżamina l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 026/44)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Airport Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: R. Cafari Panico u F. Scarpellini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, taħt l-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kumpannija Airport Handling [SA.21420 (2014/NN) – l-Italja – Kostituzzjoni ta’ Airport Handling].
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tad-29 ta’ Settembru 2014 mogħti fil-Kawża T-688/14 R huwa rtirat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy