1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – EREF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-694/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri - Inammissibbiltà”))
(2016/C 038/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Renewable Energies Federation (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: U. Prall, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Herrmann u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2014, intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (ĠU C 200 p. 1), fir-rigward tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna favur l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
European Renewable Energies Federation (EREF) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy