28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2015 – European Children’s Fashion Association u Instituto de Economía Pública vs Il-Kummissjoni u EACEA
(Kawża T-724/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ta’ azzjoni ‘Lifelong Learning (2007-2013)’ - Proġett ‘Brand & Merchandising manager for SMEs in the childrens’ product sector’ - Ittra ta’ informazzjoni minn qabel - Nota ta’ debitu - Identifikazzjoni tal-konvenut - Inammissibbiltà parzjali”])
(2015/C 320/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: European Children’s Fashion Association (Valenzja, Spanja); u Instituto de Economía Pública, SL (Valenzja) (rappreżentant: A. Haegeman, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti); u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti)
Suġġett
Prinċiparjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiża li tiġi ddikkjarata inammissibbli t-talba tal-EACEA għar-rimbors tas-sussidji mogħtija lill-ewwel rikorrenti skont il-konvenzjoni konkluża għat-twettiq tal-proġett “Brand & Merchandising manager for SMEs in the children’s product sector” u, sussidjarjament, talba intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-1 ta’ Awissu 2014 li tinforma lill-ewwel rikorrenti li hija kellha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 82 378,81 wara l-awditu dwar l-imsemmi proġett u, min-naħa l-oħra, tan-nota ta’ debitu Nru 3241401420, maħruġa mill-EACEA fil-5 ta’ Awissu 2014, għall-finijiet tar-rimbors tal-imsemmija somma.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni Ewropea.
2)
Il-European Children’s Fashion Association u l-Instituto de Economía Pública, SL huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-istanza.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy