28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament
(Kawża T-769/14) (1)
((“Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Żvilupp u żamma ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kaskata - Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 320/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CGI Luxembourg SA (Bertrange, il-Lussemburgu); u Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: B. Simon u L. Darie, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament li jikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-għoti tal-kuntratt kaskata dwar il-Lott Nru 3 “Żvilupp u żamma tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni”, fil-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti PE/ITEC/ITS14, “Provvista esterna ta’ servizzi tat-TI”, u li jagħti l-ewwel kuntratt kaskata f’din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti lil konsorzju ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk esposti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 46, 09.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy