20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2016 – Ice Foods vs EUIPO
(Kawża T-774/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 053/35)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ica Foods SpA (Pomezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Nespega, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: San Lucio Srl (San Gervasio Bresciano, l-Italja) (rappreżentant: F. Sangiacomo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1815/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn San Lucio Sri u Ica Foods SpA.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ica Foods SpA u San Lucio Sri huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 26, 26.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy