16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-784/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprjoi - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/44)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, I. Haţieganu, u A. Buzoianu, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u A. Stefanuc, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad-19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14 883,79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
3)
Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy