18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Stagecoach Group vs EUIPO (MEGABUS.COM)
(Kawża T-805/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MEGABUS.COM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Rikors manifestament inammissibbli u manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 260/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stagecoach Group plc (Perth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Jacobs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1894/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MEGABUS.COM bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat fid-dritt.
2)
Stagecoach Group plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy