5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-810/14) (1)
((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagamenti ta’ penalità - Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Data tal-waqfien tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Annullament ta’ deċiżjoni preċedenti li tillikwida il-pagamenti ta’ penalità imposti b’eżekuzzjoni tal-istess sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Awtorità ta’ res judicata - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2016/C 326/47)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. de Oliveira u S. Nunes de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u M. Heller, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni MARKT/A2/3523710 tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Ottubru 2014, li tillikwida l-pagament ta’ penalità dovut mir-Repubblika Portugiża għall-perijodu li jmur mill-10 sad-29 ta’ Jannar 2008, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, EU:C:2008:3).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud għaliex manifestament infondat fid-dritt.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy