1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2015 – Banco Espírito Santo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-814/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo, SA - Ħolqien ta’ bank tranżitorju - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Impenji ppreżentati mill-awtoritajiet Portugiżi - Kontroll tal-osservanza ta’ dawn l-impenji minn monitoring trustee - Remunerazzjoni tal-monitoring trustee mill-bank għall-istralċ - Talba għal annullament parzjali - Inammissibbiltà”))
(2016/C 038/75)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Banco Espírito Santo, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u L. Bordalo e Sá, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, M. França u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-punti 9 u 18 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, Għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N) – il-Portugall, Riżoluzzjoni tal-Banco Espírito Santo, S.A., sa fejn timponi jew tista’ tiġi interpretata fis-sens li timponi fuq ir-rikorrenti r-responsabbiltà għar-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee jew kwalunkwe spejjeż oħra tal-Monitoring Trustee inkarigat sabiex jiżgura l-osservanza tal-impenji li daħlet għalihom ir-Repubblika Portugiża.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mir-Repubblika Portugiża.
3)
Banco Espírito Santo, SA għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Banco Espírito Santo, SA, il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy