20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2016 – Mezhdunaroden tsentar za izsledvane na maltsinstvata i kulturnite vzaimodeystvia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-819/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Kuntratt li jikkonċerna għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġett li għandu bħala għan it-titjib tal-effikaċja tal-liġijiet intiżi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet (proġett GendeRace) - Nota ta’ debitu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li jagħmel parti minn kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa inseparabbli - Inammissibbiltà”])
(2016/C 222/24)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Fondatsia “Mezhdunaroden tsentar za izsledvane na maltsinstvata i kulturnite vzaimodeystvia” (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: H. Hristev, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u V. Soloveytchik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-att tal-Kummissjoni inkluż fl-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2014 li jinnotifika t-tmiem tal-proċedura ta’ awditu u s-sospensjoni tal-irkupru tad-danni fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sussidjar insostenn ta’ proġett u, min-naħa l-oħra, tan-nota ta’ debitu, annessa ma’ din l-ittra u maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 34 070,16 imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest tal-istess proġett.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy