25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2016 – IREPA vs Il-Kummissjoni u Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-825/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Sajd - Programm nazzjonali Taljan għall-ġbir ta’ data fis-settur tas-sajd għall-perijodu 2009-2010 - Irkupru ta’ parti mill-ħlasijiet bil-quddiem imħallsa lir-rikorrenti - Rapport preliminari tal-Qorti tal-Awdituri - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Ittri ta’ informazzjoni minn qabel - Nota ta’ debitu - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2016/C 270/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Istituto di ricerche economiche per la pesca e l’acquacoltura – IREPA Onlus (Salerno, l-Italja) (rappreżentant: F. Tedeschini, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro, D. Nardi u K. Walkerová, aġenti), u Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Scafarto u L. Massocchi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li fiha n-nota ta’ debitu, tat-30 ta’ Settembru 2014, maħruġa mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-irkupru tal-ammont ta’ EUR 458 347,35, tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, tas-27 ta’ Frar 2013, tal-ittri tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Lulju 2013 u tas-6 ta’ Awissu 2014, u ta’ kull att preċedenti ieħor, konness jew fi kwalunkwe każ sussegwenti, anki mhux magħruf, li jaffettwa s-sitwazzjoni legali patrimonjali tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Istituto di ricerche economiche per la pesca e l’acquacoltura – IREPA Onlus għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy