20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/28
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-826/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma indiretti f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 127/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7280, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (2013/C) (ex 2013/NN), implimentata minn Spanja u marbuta mas-sistema relatata mal-amortizzament fiskali tal-avvjament finanzjarju f’każ ta’ akkwist ta’ ishma barranin.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tat-8 ta’ Jannar 2015 mogħti fil-Kawża T-826/14 R huwa mħassar.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy