6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Alnapharm vs UASI – Novartis (Alrexil)
(Kawża T-839/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 221/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alnapharm GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Heldt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1723/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Alnapharm GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 65, 23.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy