2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – International Gaming Projects vs UASI – Sky (Sky BONUS)
(Kawża T-840/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja Sky BONUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għat-trade mark - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà”))
(2016/C 156/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (il-Belt Valletta, Malta) (rappreżentanti: M. Garayalde Niño, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2040/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u International Gaming Projects Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
International Gaming Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015
Full & Egal Universal Law Academy