16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-841/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji - Ammont tal-interessi moratorji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Caeiros u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3486706, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar applika l-Artikolu 11 tar-Regolament, emendat, tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, p. 1), u stabbilixxiet fl-ammont ta’ EUR 3 1 72 388,46 l-interessi moratorji li għandhom jitħallsu mir-Renju ta’ Spanja, mhux iktar tard mill-aħħar ġurnata ta’ xogħol tat-tieni xahar wara li nbagħtet l-imsemmija ittra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy