16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-848/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2006 - Fastidju psikoloġiku - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2015/C 381/46)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Appellat: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-55/08 RENV, ĠabraSP, EU:F:2014:244), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk espost mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy