22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/49
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Jannar 2014 — Caixabank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-2/14)
2014/C 52/95
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Caixabank SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu is-sistema sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIES bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata;
—
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy