14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/43
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2014 – Bergallou vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-22/14)
2014/C 112/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Amal Bergallou (Lot, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla dispożizzjonijiet fosthom l-Artikolu 7 (leave għal raġuni ta’ distanza) tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikolu 8 (spejjeż tal-ivvjaġġar) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013, sa fejn id-dritt għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għal-leave għal raġuni ta’ distanza huwa marbut mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti ammont ta’ EUR 165 596,42 għad-dannu materjali sostnut kif ukoll ammont ta’ EUR 40 000 għad-dannu morali;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni u l-interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 % għad-dannu morali u materjali sostnut;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti f’din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti – li l-post ta’ oriġini tagħha huwa l-Marokk, iżda li ma tibbenefikax mill-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni u li titlef għal din ir-raġuni, wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għall-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għaż-żieda fil-leave annwali b’jiem ta’ leave supplimentari inkwantu leave għal raġuni ta’ distanza – tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-20/14, Nguyen vs Il-Parlament u Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy