22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/22
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/14)
2014/C 85/38
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla s-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 7221 finali, tal-4 ta’ Novembru 2013 għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Industrija tar-Repubblika Ċeka li tagħti deroga, għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass f’Dambořice, mir-regoli legali nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2003/55/KE (1) dwar ir-regoli għall-aċċess ta’ terzi u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266(1) TFUE
—
F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li meta l-Kummissjoni adottat d-deċiżjoni kkontestata, hija aġixxiet b’mod li jmur manifestament kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013, Globula vs Il-Kummissjoni, T-465/11.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE
—
Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE.
(1) Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy