22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/22
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 — Laverana vs UASI (BIO — INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX — PROPRE FABRICATION)
(Kawża T-30/14)
2014/C 85/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger u M. Zöbisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 642 527 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tibgħat lura l-każ quddiem l-Uffiċċju sabiex jadotta deċiżjoni ġdida;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad, li tinkludi l-elementi verbali “BIO — INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX — PROPRE FABRICATION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 642 527
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy