28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/22
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2014 – Argo Development and Manufacturing vs UASI – Clapbanner (Advertising articles)
(Kawża T-41/14)
2014/C 129/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Argo Development and Manufacturing Ltd (Ra'anana, Iżrael) (rappreżentant: B. Brisset, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clapbanner Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 981/2012-3;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn għall-prodott “artikoli ta’ reklamar” – irreġistrat taħt in-Nru 1684325-0001
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ġie allegat li d-disinn ma kienx biżżejjed innovattiv (Artikolu 5 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja) u ma kellux karattru individwali (Artikolu 6 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat iddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy