28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/23
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 – Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/14)
2014/C 129/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Núñez Müller u T. Becker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li r-rikorrenti, fil-kuntest tal-Kuntratti SES6-CT-2004-502596 (HyWays), SES6-CT-2005-019813 (HyApproval) u SES6-CT-2005-513542 (HarmonHy) konklużi bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, fost l-oħrajn, ikkalkolat l-ispejjeż tagħha tal-proġett b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli, fost l-oħrajn l-Artikolu II.19 tal-kundizzjonijiet ġenerali u li l-Kummissjoni għaldaqstant kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha għaliex fl-adozzjoni tan-noti ta’ debitu Nrio3 241 314 522 u 3 241 315 423 (HyWays), 3 241 314 527 u 3 241 314 526 (HyApproval) kif ukoll 3 241 314 519 u 3 241 313 756 (HarmonHy) hija kkalkolat l-ispejjeż tal-proġett tar-rikorrenti b’mod differenti;
—
tikkonstata li r-rikorrenti fil-kuntest tal-Kuntratt SES6-CT-2004-502596 (HyWays) irċeviet biss kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ta’ EUR 495 269,48 u li l-Kummissjoni fl-adozzjoni tan-noti ta’ debitu tagħha Nrio3 241 314 522 u 3 241 315 423 ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-prinċipju li r-rikorrenti kienet ibbenefikat minn kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 604 240,79;
—
tikkonstata li l-ispejjeż ikklassifikati mill-ġdid mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Kuntratt SES-CT-2005-019813 (HyApproval) abbażi tal-Final Audit Report tal-15 ta’ Lulju 2011 minn Management (MGT) għal Research (RTD) huma effettivament spejjeż ta’ ġestjoni;
—
tikkonstata li r-rikorrenti ma għadhiex fl-obbligu, fil-kuntest tal-kuntratti msemmija hawn fuq, li tħallas id-danni (liquidated damages) skont l-Artikolu II.30 tal-kundizzjonijiet ġenerali;
—
tikkonstata li l-Kummissjoni adottat b’mod żbaljat in-noti ta’ debitu msemmija hawn fuq bl-eċċezzjoni ta’ ammont ta’ EUR 1 323,02 f’dak li jirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3 241 314 523 (HyWays), ta’ ammont ta’ EUR 3 870,02 f’dak li jirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3 241 314 527 (HyApproval), kif ukoll ta’ ammont ta’ EUR 16 868,66 f’dak li jirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3 241 314 519 (HarmonHy) u li r-rikorrenti ma għandhiex tagħti lill-Kummissjoni l-ammonti ċċitati fin-noti ta’ debitu bl-eċċezzjonijiet tal-ammonti ċċitati hawnhekk;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv
Ir-rikorrenti ssostni li hija wżat għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-proġett tagħha metodu li huwa konformi mal-Artikolu II.19 tal-kundizzjonjiet ġenerali tal-kuntratti inkwistjoni. Hija tqis għaldaqstant li l-Kummissjoni ma kellhiex raġun tikkontesta l-metodu ta’ kalkolu u tapplika metodu ta’ kalkolu differenti fl-adozzjoni tan-noti ta’ debitu inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv
Ir-rikorrenti ssostni li għall-proġett HyWays hija rċeviet biss kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 495 269,48. Għaldaqstant il-Kummissjoni, fl-adozzjoni tan-noti ta’ debitu, ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-prinċipju li r-rikorrenti bbenefikat minn kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 604 240,79.
3.
It-tielet motiv
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, għall-proġett HyApproval, ikklassifikat mill-ġdid b’mod żbaljat ċerti spejjeż minn “Management” għal “Research”.
4.
Ir-raba’ motiv
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għandhiex id-dritt li titlobha l-interessi skont l-Artikolu II.30 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti inkwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy