8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/28
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 — Goldfish et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/14)
2014/C 71/51
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Goldfish BV (Zoutkamp, il-Pajjiżi l-Baxxi), Heiploeg BV (Zoutkamp), Heiploeg Beheer BV (Zoutkamp) u Heiploeg Holding BV (Zoutkamp) (rappreżentanti: P. Glazener u B. Winters, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla totalment jew parzjalment id-deċiżjoni indirizzata lir-rikorrenti;
—
tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;
—
tadotta l-miżuri li l-Qorti Ġenerali tqis li huma xierqa;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 — Gambli).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) minħabba l-użu mill-Kummissjoni ta’ reġistrazzjonijiet awdjo rreġistrati bil-moħbi bħala prova ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFEU.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 minħabba l-użu mill-Kummissjoni ta’ noti minn reġistrazzjonijiet awdjo rreġistrati bil-moħbi bħala prova tal-ksur tal-Artikolu 101 TFEU.
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq rifjut illegali tal-applikazzjoni tal-paragrafu 35 tal-Linji gwida dwar multi (2) minħabba r-rifjut mill-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ma humiex f’pożizzjoni li jħallsu l-multa.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(2) Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, p 2).
Full & Egal Universal Law Academy