12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/35
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)
(Kawża T-62/14)
2014/C 142/46
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BR IP Holder LLC (Canton, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Traub, avukat, u C. Rohsler, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Greyleg Investments Ltd (Baltonsborough, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1091/2012-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HOKEY POKEY” għal “ħelu” fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 275 678
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata “HOKEY POKEY” li l-użu tagħha huwa invokat fir-Renju Unit għal “ħelu, jiġifieri ġelat”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament fuq it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy