7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/37
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX MOUCHES)
(Kawża T-72/14)
2014/C 102/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 284/2013-2;
—
tirriforma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 284/2013-2;
—
tikkundanna lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “BATEAUX MOUCHES”, għal servizzi fil-klassi 37 (Nru 1 092 478)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
—
Deċiżjoni żbaljata li t-trade mark inkwistjoni ma kinitx kisbet, permezz tal-użu, karattru distintiv għas-servizzi indikati
Full & Egal Universal Law Academy