7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/38
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)
(Kawża T-73/14)
2014/C 102/59
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Renck, avukati, u I. Fowler, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Automobili Lamborghini SpA (Sant’ Agata Bolognese, l-Italja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1263/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut u, fil-każ li tagħmel intervent formali, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva, b’rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin, għal prodotti fil-klassi 12 (Trade mark Komunitarja Nru 3 629 342)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Automobili Lamborghini SpA
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal revoka milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy