14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/50
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Maquet (LUCEO)
(Kawża T-82/14)
2014/C 112/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maquet GmbH & Co. KG (Rastatt, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 2292/2012-4 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja LUCEO Nru 8 554 974;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell,
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali LUCEO għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 8 554 974
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Maquet GmbH & Co. KG
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy