19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Schniga vs CPVO – Elaris (Gala Schnitzer)
(Kawża T-92/14)
2014/C 151/28
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elaris SNC (Angers, Franza)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2013 tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fil-Każ A 003/2007;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti
Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Gala Schnitzer – dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru UE 18759
Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: id-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti milqugħ
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: l-appell fondat u d-deċiżjoni kkontestata annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 61(1)(b), 55(4), 59(3), u 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94.
Full & Egal Universal Law Academy