12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/37
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)
(Kawża T-106/14)
2014/C 142/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Utility International GmbH & Co.KG (Kaarst, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Mietzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1658/2013-4;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 39;
—
iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassi 35;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Greenworld għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35 u 39 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 588
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94
Full & Egal Universal Law Academy