12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/39
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-124/14)
2014/C 142/51
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, S. Hartikainen, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8743 finali, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn qiegħed jintalab, f’dak li jikkonċerna r-Repubblika tal-Finlandja, rimbors ta’ finanzjament ta’ ammont ta’ EUR 927 827,58, għan-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-Finlandja.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed: hija tqis li l-Kummissjoni interpretat u applikat l-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006 (1) b’mod żbaljat. Il-Kummissjoni, b’mod żbaljat qieset li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Finlandja għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ tagħmir użat ma kinux konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 1974/2006.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 322M, p. 305).
Full & Egal Universal Law Academy