5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/55
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2014 – I Castellani vs UASI – Chomarat (li tirrapreżenta ċirku)
(Kawża T-134/14)
2014/C 135/72
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: I Castellani Srl (Meldola, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli, F. Boscariol de Roberto, I. Gatto u D. Martucci, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie Chomarat (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1001/2012-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċirku għal prodotti fil-klassi 19 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 844 033
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 2 844 033 milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy