5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/56
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)
(Kawża T-140/14)
2014/C 135/73
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u E. Schalast, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 450/2013-1; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “gel nails at home”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 331 634
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell micħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy