10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/46
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-155/14)
2014/C 175/64
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO Anonymos Etairia Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li l-ammont totali ta’ EUR 325 823,16 li l-Kummissjoni tixtieq li tirkupra bħala spejjeż li ma humiex eliġibbli u li diġà ngħata lir-rikorrenti għall-proġett PERSONA kif ukoll l-ammont totali ta’ EUR 280 747,45 li l-Kummissjoni tixtieq tirkupra bħala spejjeż li ma humiex eliġibbli u li diġà ingħata għall-proġett TERREGOV jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli;
—
tikkonstata li l-ammont ta’ EUR 6 752,74 jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli sostnuti minn ANKO fil-kuntest tal-proġett PERSONA u li l-Kummissjoni għaldaqstant għandha tħallas lil ANKO;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, għall-kuntratti a) Nruo045 459 u b) Nruo507 749 intiżi li jwettqu rispettivament il-proġetti a) PERSONA u b) TERREGOV.
Ir-rikorrenti ssostni b’mod iktar partikolari li, minkejja l-fatt li hija kienet wettqet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet, bi ksur tal-kuntratti msemmija iktar 'il fuq, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-rimbors tal-ammonti mħallsa lil ANKO peress li ma humiex spejjeż eliġibbli. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni l-ewwel nett li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront ta’ ANKO meta ċaħdet in-natura eliġibbli tal-ammonti kollha mogħtija minnha għall-proġetti PERSONA u TERREGOV u meta talbet sabiex tirkupra l-ammonti mogħtija indebitament. It-tieni nett, il-fatt li tixtieq tirkupra dawn l-ammonti kollha huwa sproporzjonat u abbużiv.
Full & Egal Universal Law Academy