26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/33
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill
(Kawża T-157/14)
2014/C 159/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina); Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd (Shanghai, iċ-Ċina); Yangzhou JA Solar Technology Co. Ltd (Yangzhou, iċ-Ċina); Hefei JA Solar Technology Co. Ltd (Hefei, iċ-Ċina); Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd (Shanghai, iċ-Ċina); u JA Solar GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi imponew miżuri antidumping fuq il-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, filwaqt li l-Avviż ta’ Bidu kien isemmi biss l-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikolu 5(10) u (11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009 (1).
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi imponew miżuri antidumping fuq il-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin li ma kinux is-suġġett ta’ investigazzjoni antidumping, l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikoli 1 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi applikaw metodoloġija ta’ ekonomija li ma hijiex ekonomija tas-suq sabiex jikkalkolaw il-marġni ta’ dumping ta’ prodotti li ġejjin minn pajjiż li għandu ekonomija tas-suq, l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi wettqu investigazzjoni waħda biss għal żewġ prodotti distinti (jiġifieri, il-moduli fotovoltajċi tas-siliċju u ċelloli), l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi ma eżaminawx it-talba għal status ta’ ekonomija tas-suq imressqa mir-rikorrenti, l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi naqsu milli jikkwantifikaw separatament id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kemm minħabba fl-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping kif ukoll minħabba fid-dannu kkawżat minn fatturi magħrufa oħra, u, konsegwentement, billi imponew dazju antidumping eċċessiv meta mqabbel ma’ dak li kien neċessarju sabiex jikkumpensa d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
Full & Egal Universal Law Academy