12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/44
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (iċ-Ċina) et vs Il-Kunsill
(Kawża T-161/14)
2014/C 142/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yingli Energy (iċ-Ċina) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina); Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Haikou, iċ-Ċina); Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Hengshui, iċ-Ċina); Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Tianjin, iċ-Ċina); Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd (Baoding); Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Technology Co. Ltd (Beijing, iċ-Ċina); Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd (Beijing); Yingli Green Energy Europe (Düsseldorf, il-Ġermanja); Yingli Green Energy South East Europe GmbH (Grünwald, il-Ġermanja); Yingli Green Energy France SAS (Lyon, Franza); Yingli Green Energy Spain, SL (La Moraleja, Spanja); Yingli Green Energy Italia Srl (Ruma, l-Italja); u Yingli Green Energy International AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi imponew miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin ikkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina filwaqt li n-Notifika ta’ bidu semmiet biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 10(12) u 10(13) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (1).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi imponew miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni antisussidji, l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi wettqu investigazzjoni waħda għal żewġ prodotti differenti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelluli), l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93)
Full & Egal Universal Law Academy