14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/13
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2014 – Søndagsavisen A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-167/14)
2014/C 223/17
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Søndagsavisen A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Honoré u C. Fornø)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2013 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal għajnuna għall-produzzjoni u għall-innovazzjoni tad-Danimarka għall-medja bil-miktub (SA.36366).
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, kompettitriċi tal-benefiċjarji tal-għajnuna, issostni li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li kien hemm dubju dwar il-kompatibbiltà tal-miżura rrapportata mas-suq intern u li l-Kummissjoni għalhekk kellha tadotta deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali: ara l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-regolament proċedurali (1). Billi naqset tagħmel dan, il-Kummissjoni injorat id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.
Insostenn tal-argument li kien hemm dubju raġonevoli dwar il-kompatibbiltà tal-iskema mas-suq intern, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:
—
il-Kummissjoni naqset kompletament milli teżamina jekk l-iskema kinitx xierqa sabiex tiżgura l-espansjoni tal-kontenut tal-aħbarijiet pprovdut lill-poplu Daniż, b’dan il-mod jissaħħaħ il-proċess demokratiku,
—
id-deċiżjoni kkontestata fi kwalunkwe każ hija nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura; u
—
il-Kummissjoni naqset milli teżamina l-effetti li jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni tal-iskema fir-relazzjoni bejn gazzetti mingħajr ħlas u gazzetti mibjugħa bil-flus.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikol 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)
Full & Egal Universal Law Academy