16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/34
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2014 – Freitas vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill
(Kawża T-185/14)
2014/C 184/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Freitas (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla l-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Diċembru 2013 (L 354, p. 132);
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 49 TFUE, sa fejn il-professjoni ta’ nutar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u ma taqax taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 51 TFUE. Għalhekk il-professjoni ta’ nutar ma tistax tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE (1).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li n-nutara maħtura permezz ta’ att uffiċjali tal-awtoritajiet pubbliċi huma esklużi b’mod ġenerali u assolut mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE.
(1) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy