12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/53
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Atlantic Multipower Germany vs UASI – Nutrichem Diät + Pharma (NOxtreme)
(Kawża T-186/14)
2014/C 142/68
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 764/2013-4;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-12 ta’ April 2013 (Każ Nru: 6333C)
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “NOxtreme” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 177 889
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Nutrichem Diät + Pharma GmbH
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali u Komunitarja, li tinkludi l-element verbali “X-TREME”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy