10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/48
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2014 – Compagnie des gaz de pétrole Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)
(Kawża T-195/14)
2014/C 175/66
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerhard Reeh (Radnice, ir-Repubblika Ċeka)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 2304/2012-1
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gerhard Reeh
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PRIMA KLIMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PRIMAGAZ” u t-trade marks verbali nazzjonali “PRIMALOTISSEMENT”, “PRIMACOMPTEUR”, “PRIMAVILLAGE”, “PRIMAFAMILLE”, “PRIMAPAC”, “PRIMAENERGY”, “PRIMA CHAUFFAGE”, “PRIMA CLIM”, “PRIMAGRILL” u “PRIMAWATT”, għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy