19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/33
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – Swedish Match North Europe vs UASI – Skruf Snus (Pakketti tat-tabakk għall-imnieħer)
(Kawża T-196/14)
2014/C 151/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Swedish Match North Europe AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: H. Wistam u L. Holm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Skruf Snus AB (Stokkolma, l-Isvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-3 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1803/2012-3 u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ prodott “pakketti tat-tabakk għall-imnieħer” – reġistrazzjoni Nru 1 265805-0010
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju:ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità:ġie sostnut li d-disinn kien nieqes minn karattru individwali
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: laqgħet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalditià tad-disinn Komunitarju kkontestat
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annulla d-deċiżjoni kkontestata u ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar id-disinni Komunitarji
Full & Egal Universal Law Academy