21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/19
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – La Zaragozana vs UASI – Charles Cooper (GREEN’S)
(Kawża T-197/14)
2014/C 235/25
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charles Cooper Ltd (Leeds, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali għandha tiċħad id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Jannar 2014 mogħtija fil-Każ R 1284/2012-5.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Charles Cooper Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GREEN’S” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 1 89 813
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “AMBAR-GREEN”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy