30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/23
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-200/14)
2014/C 202/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, intiża għall-iżvelar mill-Kummissjoni “tad-dokumenti kollha relatati mal-adozzjoni” tar-regolament ikkontestat;
—
tannulla minn naħa d-Deċiżjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea (KUE) Nru] 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni [Nru] 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea] ([K]UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma globali ta’ EUR 1 00 000 bħala kumpens għad-danni kollha differenti li huwa sofra;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 30 000 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors u, minbarra dan, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura, għall-ispejjeż sostnuti li jistgħu jinġabru,;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 226, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy