21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/20
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – LR Health & Beauty Systems vs UASI – Robert McBride (LR nova pure.)
(Kawża T-202/14)
2014/C 235/27
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert McBride Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 272/2013-2;
—
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun xieraq, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LR nova pure.” Għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 8 51 361
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali internazzjonali NOVA
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy