7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/32
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2014 – Mo Industries vs UASI (Splendid)
(Kawża T-203/14)
2014/C 212/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-Każ R 1542/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Splendid” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 6 13 131
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy