28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/15
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2014 – Mederer vs UASI – Cadbury Netherlands International Holdings (Gummi Bear-Rings)
(Kawża T-210/14)
2014/C 245/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u O. Ruhl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cadbury Netherlands International Holdings BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 225/2013-5;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċeduri quddiem l-UASI u l-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Gummi Bear-Rings” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1 0 51 028 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Cadbury Netherlands International Holdings BV
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Gummy”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy