16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/36
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – iNET24 Holding vs UASI (IDIRECT24)
(Kawża T-225/14)
2014/C 184/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: iNET24 Holding AG (Feusisberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund, B. Breitinger uV. Dalichau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1867/2013-5;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri l-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali “IDIRECT24” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36, 38 u 42 –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 145 181.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy