14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/17
Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 minn Jean-Pierre Bodson et mis-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Frar 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 73/12, Bodson et vs BEI
(Kawża T-240/14 P)
2014/C 223/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza); Didier Dulieu (Roussy-le-Village, Franza); Marie-Christel Heger (Nospelt, il-Lussemburgu); Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu); Manuel Sutil (il-Lussemburgu); Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu); u Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-73/12;
—
konsegwentement, tagħti lill-appellanti l-benefiċċju tat-talbiet tagħhom fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,
—
tannulla d-deċiżjonijiet li jiġu applikati għall-appellanti d-deċiżjoni tal-bord tad-diretturi tal-BEI tat-13 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi progressjoni salarjali limitata għal 2,8 % u d-deċiżjoni tal-kumitat ta’ tmexxija tal-BEI tal-14 ta’ Frar 2012 li tiddefinixxi skeda ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 % tas-salarju, deċiżjoniijet inklużi fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju ta’ April 2012, kif ukoll tannulla, sal-istess punt, id-deċiżjonijiet kollha inklużi fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju suċċessivi;
—
għaldaqstant;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjonijiet iċċitati iktar 'il fuq tal-bord tad-diretturi tal-BEI tat-13 ta’ Diċembru 2011 u tal-kumitat ta’ tmexxija tal-BEI tal-14 ta’ Frar 2012 meta mqabbla mal-applikazzjoni tas-sistema preċedenti tas-salarju; din id-differenza fir-remunerazzjoni għandha tiżdied bl-interessi moratorji dekorribbli mit-12 ta’ April 2012 u, sussegwentement, mit-12 ta’ kull xahar, sal-clearance komplet, fejn dawn l-interessi jiġu stabbiliti fil-livell tar-rata tal-BĊE miżjuda bi 3 punti;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ħlas tad-danni għall-preġudizzju subit minħabba t-telf tas-setgħa ta’ xiri, dan il-preġudizzju huwa valutat ex aequo et bono, u b’mod provviżorju, għal 1,5 % tar-remunerazzjoni mensili ta’ kull appellant;
—
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha;
—
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-differenza tan-natura bejn ir-relazzjoni ta’ impjieg b’kuntratt u r-relazzjoni ta’ impjieg statutorju, fuq ksur tal-kundizzjonijiet fundamentali tar-relazzjoni ta’ impjieg u fuq ksur tal-klassifikazzjoni legali tal-memorandum ta’ qbil.
2.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq kontradizzjoni fis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u fuq żnaturament tal-proċess.
3.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ prevedibbiltà, kif ukoll fuq żnaturament tal-proċess.
4.
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy