14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/18
Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 minn Jean-Pierre Bodson et mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-83/12 – Bodson et vs BEI
(Kawża T-241/14 P)
2014/C 223/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza); Didier Dulieu (Roussy-le-Village, Franza); Marie-Christel Heger (Nospelt, il-Lussemburgu); Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu); Manuel Sutil (il-Lussemburgu); Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu); u Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-12 ta’ Frar 2014, fil-Kawża F-83/12;
—
konsegwentement, tagħti lill-appellanti l-benefiċċju tat-talbiet tagħhom tal-ewwel istanza u, għaldaqstant,
—
tannulla d-deċiżjonijiet li għandu japplika għall-appellanti bonus b’applikazzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif tirriżulta mid-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2010 tal-Bord tad-Diretturi u tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Novembru 2010 u tas-16 ta’ Novembru 2011 tal-Kumitat tat-Tmexxija, id-deċiżjoni individwali ta’ applikazzjoni li tinsab fir-rendikont ta’ April 2012, miġjuba għall-konjizzjoni tal-persuni kkonċernati mhux iktar kmieni mit-22 ta’ April 2012;
—
għaldaqstant,
—
tikkundanna lill-appellat għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2010 tal-Bord tad-Diretturi u tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Novembru 2010 u tas-16 ta’ Novembru 2011 b’paragun mal-applikazzjoni tas-sistema preċedenti ta’ bonus; din id-differenza ta’ remunerazzjoni għandha tiġi miżjuda b’interessi moratorji li jiddekorru b’effett mit-22 ta’ April 2012 sal-clearance komplet, peress li dawn l-interessi huma stabbilti fil-livell tar-rata tal-BĊE miżjuda b’3 punti;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ħlas ta’ danni għall-ħsara subita minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ akkwist, din il-ħsara li qed tkun evalwata ex aequo et bono, u provviżorjament, għal 1,5 % tar-remunerazzjoni fix-xahar ta’ kull appellant;
—
jekk ikun il-każ, fin-nuqqas tal-appellat milli jipproduċihom spontanjament, skont il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, tistieden lill-appellat li jipproduċi d-dokumenti li ġejjin:
—
il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-13 ta’ Diċembru 2011;
—
l-abbozzi stabbiliti mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani bid-dati tat-22 ta’ Ġunju 2011 (RH/P&O/2011-119), tal-20 ta’ Ottubru 2011 (RH/P&O/2011-74) u tal-25 ta’ Jannar 2012;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq irregolarità tal-proċedura sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rrifjuta li jipproċedi għall-miżuri ta’ organizzazzjoni mitluba mill-appellanti.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tad-differenza fin-natura bejn ir-relazzjoni ta’ impjieg kuntrattwali u r-relazzjoni ta’ impjieg skont ir-Regolamenti tal-Persunal, ksur tal-kundizzjonijiet fundamentali tar-relazzjoni ta’ impjieg, ksur tal-klassifikazzjoni legali tal-Protokoll ta’ ftehim, żnaturament tal-proċess u ksur mill-qorti tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet miksuba u tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ prevedibbiltà, kif ukoll fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
5.
Il-ħames aggravju bbażat fuq ksur tal-istħarriġ taż-żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq żnaturament tal-kontenut tal-proċess.
Full & Egal Universal Law Academy