25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/38
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ)
(Kawża T-243/14)
2014/C 282/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 837/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ wiċċ għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 68 861
Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy