25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/38
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – The Smiley Company vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ fil-forma ta’ stilla)
(Kawża T-244/14)
2014/C 282/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Jannar 2014 fil-Każ 838/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta wiċċ fil-forma ta’ stilla għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 68 937
Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mar li saret applikazzjoni għaliha ma hijex eliġibbli għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy